Futbol internazzjonali
Quique Setien se jfittex lil Barcelona għad-danni

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda.

Fi stqarrija konġunta, Eder Sarabia, Jon Pascua u Fran Soto, ħabbru fuq twitter li Setien kien irċieva biss notifika li xogħlu ġie tterminat permezz ta’ ittra fis-16 ta’ Settembru, xahar wara li kien tkeċċa fis-17 ta’ Awwissu.

Setien qal li ma rċieva l-ebda kumpens għal din id-deċiżjoni.

Barcelona ma kkumentawx dwar dak li ħabbru Setien u l-assistenti tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport