
BOV AMATEUR LEAGUE PROMOTION PLAYOFF 2020/21
Kirkop U………………1
Rabat A. ………………2
(Wara l-ħin barrani)
Bidu mill-aqwa għar-Rabtin sensiela ta’konklużżjonijiet lejn il-lasta avversarja bl-aħjar ċans ikun fil-20 minuta logħob xutt ta’ Nicholai Attard devjat minn Jonathan Mallia b’save tajjeb għall-corner. Fl-ewwel 20 minuta dominju assolut minn Rabat fejn kienu diġa sfurzaw 8 corners kontra l-uniku corner ta’ Kirkop.
Fil-41 minuta xutt ta’ D.William Claridge għall-Kirkop salvat ċentralment mill-goalkeeper Vella.
Hekk intemmet l-ewwel taqsima mingħajr goals u mingħajr ħin miżjud.
Fis-47 minuta Rabat imorru fil-vantaġġ azzjoni kemmxejn twila finalment il-cross ta’ Sean Abela, żball ta’Jean Claude Vella li jirregala l-ballun lil Aidan Azzopardi li minn taħt Mallia ma jiżbaljax u jiftaħ l-iskor għar-Rabtin. 1-0
Fit-52 minuta logħob tasal ir-risposta għall-Kirkop xutt ċentrali ta’Lincoln Micallef salvat mingħajr diffikulta minn Jean Mattiase Vella.
Fil-65 minuta Dylan Tanti u J.Luca Caruana ta’Kirkop jdabbru l-karta safra wieħed minħabba foul li ikkommetta u l-ieħor fuq protesti.
3 minuti wara ċans kbir għar-Rabat li jżidu l-iskor trough pass perfett ta’ Neil Farrugia lejn Aidan Azzopardi li jaqbeż lil goalkeeper Mallia li ħareġ barra minn postu bix-xutt jaħbat ma’sieq il-lasta.
Fit-75 minuta freekick insidjuż għall-Kirkop mogħti minn Claridge jiġi devjat mill-barriera Rabtija għall-corner.
Lejn it-tmiem kellna sensiela ta’ċansijiet ta’ skor għall-Kirkop li iżda dejjem sabu lid-difiża ta’Rabat attenta tinnewtralizza.
Fid-90minuta penalty għall-Kirkop għall-foul tas-sostittut Tanti li jwaqqa’ lil Buhagiar fil-kaxxa u mill-11-il metru Dylan Tanti jagħmillhom 1-1.
109 minuti xutt bellezza ta’Axi Xuereb għall-Rabat u save kbir għall-corner minn Mallia.
Fil-119 minuta Rabat jiskurjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ħarba tal-player Nestor Silva li jqabbeż il-ballun fuq Mallia li kien ħiereġ barra minn postu.
Referee: S.Calleja.
Formazzjonijiet:
Kirkop: J.Mallia, J.C. Vella, M.Borg, D.Darmanin(57 A.Portelli), W.D. Claridge, K.E.Chibuike(76M.Theuma), J.L.Caruana, K.Caruana(57 A.Buhagiar), L.Micallef(76 B.Saliba), D.Tanti, M.Cassar,
Rabat: J.M.Vella, N.Attard(88 K.Tanti), A.P.Azzopardi(71 A.Xuereb), L.N.Silva, D.Falzon, M.Spiteri(88 L.Farrugia), N.Farrugia(78 M.Cassar), A.Smeir, B.Farrugia(104 J.Farrugia), S.Abela, Z.Tanti