Bowling
Rachel Chircop u Clayton Zammit jirbħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fil-Silver Cup tal-bowling

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fl-Eden Super Bowl inżammet is-Silver Cup li hija ristretta għal bowlers irġiel li għandhom medja ġenerali ta ’170 jew inqas, u bowlers nisa li għandhom medja ta’ 165 jew inqas. F’din l-edizzjoni ħadu sehem 21 raġel u 15-il mara.

Fis-sezzjoni tan-nisa, Rachel Chircop ħarġet rebbieħa b’total ta’ 1939 punt wara ħames rebħiet u draw. Fit-tieni post temmet Karlise Bartolo b’1784 punt wara li rebħet tliet logħbiet b’Sandra Xuereb tispiċċa fit-tielet post b’1777 punt.

Fis-sezzjoni tal-irġiel Clayton Zammit tefa’ l-għola scratch totali tal-ġurnata u rebaħ is-seba’ logħbiet kollha biex temm b’riżultat finali ta’ 2065 punt. Fit-tieni post spiċċa Nicolai Mallia b’1968 punt u Matthew Muscat spiċċa t-tielet b’total ta’ 1952 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA