Futbol internazzjonali
Rachel Cuschieri tiskorja fid-debutt ma’ Lazio

Il-plejer Internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri llum skorjat fid-debutt tagħha fis-Serie B taljana mat-team ta’ Lazio.

Lazio rebħu 10-1 kontra Pontedera f’logħba li Lazio lagħbu barra minn darhom. Cuschieri skorjat il-goal tal-momentarju 4-1. Ma’ Lazio hemm ukoll tilgħab il-plejer internazzjonali Maltija Emma Lipman li wkoll bħal Cuschieri bdiet mal-ewwel ħdax.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.