Sports Internazzjonali
Rafael Nadal diġa’ fassal il-futur tiegħu wara l-karriera tat-tennis

Għalkemm kienu diversi dawk li spekulaw li Rafael Nadal jista’ jkun ser idendel ir-rakketta tat-tennis dalwaqt, l-istess tennist Spanjol żvela li għalkemm għandu 32 sena, xorta waħda qiegħed jistenna li jikkompeti fl-ogħla livell għal ftit snin oħra. Nadal jinsab biss tliet Grand Slams ‘il bogħod mir-rekord tal-Iżvizzeru Roger Federer qabel jibda l-Open tal-Awstralja, u issa jittama li wara xhur imweġġa’, jirritorna fl-aqwa tiegħu sabiex jirbaħ l-ewwel Open tas-sena.

Is-seed numru 2 bħalissa, mhuwiex jippjana li la jirtira mit-tennis ikompli fil-karriera ta’ kowċ, bħalma għamlu Andre Agassi u Ivan Lendl qablu. Il-ħsieb tiegħu hu li jiffoka ħinu kollu fuq il-fondazzjoni tiegħu stess u proġetti oħra.

F’kummenti li ta lill-media, Nadal qal li diġa’ għandu kollox ippreparat għall-futur, fejn għandu l-akkademja tiegħu tat-tennis, għandu fondazzjoni, kif ukoll hemm diversi affarijiet madwar id-dinja li jixtieq li jieħu ħsieb meta jtemm il-karriera tat-tennis. Nadal saħaq li huwa mhuwiex it-tip ta’ bniedem li la jirtira ser joqgħod id-dar u forsi jmur jistad jew inkella kuljum imur jilgħab il-golf.

Huma ħafna t-tennisti li wara li jtemmu l-karriera, jispiċċaw jilagħbu l-golf għall-gost, biss Nadal jammetti li huwa qatt ma tgħallem kif għandu jilgħab dan l-isport, u meta ġieli kellu ċ-ċans jilagħbu, dejjem mar mal-ħbieb sabiex jieħu pjaċir. Qal, li mhux darba jew tnejn li spiċċa jilgħab ftit golf biex jirrilassa d-dar tiegħu stess, mingħajr kompetizzjoni u ndħil ta’ ħadd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

It-tennista Maltija Francesca Curmi kienet eliminata fl-ewwel round tal-kategorija Juniors tal-Open tal-Awstralaja meta tilfet żewġ sets għal wieħed: 1-6, 6-0, 2-6: mal-Awstraljana Annerly Poulos . Il-konfront dam għaddej siegħa u…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, jitkompla t-tielet round ta’ dan l-ewwel Grand Slam tas-sena, fejn illum, il-Grieg Tsitsipas għeleb lill-Ġorġjan Basilashvili bi 3 sets għal wieħed. Rebħa wkoll għaċ-Ċek Berdych, li rebaħ kontra…

Sports Internazzjonali

L-Aġenzija Nazzjonali ta’ Kontra d-Doping (WADA) irnexxielha tiġbor data importanti minn laboratorju f’Moska, u dan sabiex tkun tista’ terġa’ tagħti l-akkreditazzjoni lill-Aġenzija Russa ta’ Kontra d-Doping RUSADA). Skont il-President tal-WADA…

Motorsport

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi. L-għaxar u l-aħħar…

Aktar