Tennis
Rafael Nadal u Roger Federer kontra xulxin fis-semifinali tal-Open ta’ Wimbeldon

Pjuttost faċli għal Rafael Nadal biex fl-Open ta’ Wimbeldon wasal sas-semifinali meta għeleb lil Sam Querrey fi tliet sets, 7-5, 6-2, 6-2. B’din ir-rebħa Nadal se jaffaċċja lil Roger Federer fis-semifinali. Ma kenitx faċli għal Querrey biex ilaħħaq mal-logħob ta’ Nadal għalkemm fl-ewwel sett irnexxielu jżomm ftit ir-ritmu. Imma fit-tieni u t-tielet sett Nadal xejjen għalkollox l-isfida tal-avversarju u ħareġ rebbieħ. Bil-kwalifikazzjoni ta’ Nadal għas-semifinali kein ifisser li għall-ewwel darba fl-Open ta’ Wimbeldon ser ikollna żewġ Spanjoli f’din il-fażi, wara li aktar qabel Roberto Bautista Agut għadda mal-aħħar erbgħa wara li għeleb lill-Arġentin Guido Pella.

 

L-Iżvizzeru Roger Federer kellu jiġi minn sett minn taħt biex għeleb lill-Ġappuniż Kei Nishikori u b’hekk għadda għas-semifinali. Nishikori beda tajjeb u rebaħ l-ewwel sett 6-4, imma l-ħasda inizjali jidher li ġabet f’tiegħu lil Federer li mbagħad irkupra fit-tliet sets ta’ wara, 6-1 6-4 6-4, biex b’hekk għadda għas-semifinali. B’din ir-rebħa Federer waqqaf ir-rekord tal-ewwel tennist li rnexxielu jirbaħ 100 logħba fi Grand Slam. Bil-kwalifikazzjoni ta’ Federer għall-fażi li jmiss, ser ikollna replika tal-logħba intensiva li seħħet fl-2008 bejnu u bejn Nadal, bl-Ispanjol dakinhar kien ħareġ rebbieħ fuq total ta’ ħames sets.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Presidenza Rumena u l-Knisja Ortodossa onoraw lil Simona Halep , iċ-champion tat-tennis femminili ta’ Wimbledon għall-unur li ġabet lejn pajjiżha wara r-rebħ tal-finali tas-Sibt li għadda kontra Serena Williams. Halep…

Tennis

Novak Djokovic huwa r-rebbieħ tat-tournament ta’ Wimbledon għal din is-sena wara finali li ħalliet lil kulħadd bla nifs u li damet sejra ħames sigħat. Novak Djokovic u Roger Federer kienu…

Tennis

Tennis: Simona Halep kitbet paġna ġdida fl-istorja ta’ Wimbledon hekk kif saret l-ewwel tennista Rumena li rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ dan il-Grand Slam b’rebħa f’żewġ sets ta’ 6-2, 6-2 kontra…

Aktar