Futbol internazzjonali
Raġel imur Munich biex jara Liverpool – Bayern…xtara l-biljetti meta kien fis-sakra u nesa li l-partita kienet f’Anfield

Paul, partitarju ta’ Liverpool, spjega dan l-inċident stramb u farsesk li għadda minnu lbieraħ fuq stazzjon tat-televiżjoni Ġermaniż, li minħabba fih tilef il-partita f’Anfield kontra Bayern Munich, minħabba li skont hu xorob xarba li ħallitu f’sakra ma jarax art, ġurnata qabel ma kien xtara l-biljetti tal-istadium u tal-ajru li kien mingħalih li kienu għall-ewwel leg fil-Ġermanja.

“Ġurnata qabel ma xtrajt il-biljetti kont xrobt xarba birra tajba. Kont xtrajt il-biljetti tal-istadium u l-biljett tal-ajruplan għal Munich. Kont mingħalija u konvint li l-ewwel partita kellha tintlagħab fil-Ġermanja. Ma tajtx każ li l-ewwel lew kellu jintlagħab fl-Ingilterra. Irrealizzajt kif bdejt sejjer lejn l-istadium u ma rajtx il-ġenn li jkun hemm barra fit-toroq tal-viċinanzi għall-partiti hekk”, qal Paul.

Ir-raġel qal li din kienet esperjenza kerha ħafna f’ħajtu u ħalef li se jibda jimmodera fix-xorb tiegħu u fl-ammont ta’ alkoħol li jieħu ġo fih meta tagħtih is-siegħa.

Paul qal li fit-toroq ta’ Munich, ilbieraħ filgħaxija, beda jinnota ċertu ħars żejjed minn diversi persuni li bħal donnhom bdew jgħadduh b’miġnun.

“Fil-verità kellhom raġun jaħsbu hekk. It-tort hu kollu tiegħi. Mhux normali li tara partitarju liebes ta’ tim waħdu f’belt daqshekk kbira meta l-partita tkun se tintlagħab pajjiż differenti. Madankollu se nerġa’ nkun hawn fit-13 ta’ Marzu għat-tieni leg,” qal Paul.

Din id-darba mhux se jkollu problema ta’ vjaġġar ħażin. Kull ma jrid jagħmel hu li jibqa’ tliet ġimgħat fil-belt sabiħa ta’ Munich, fil-Ġermanja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar