Motorsport
Rally Dakar: Bidu spettakolari f’Lima

Motorsport: Rally dakar – bidu mill-isbaħ ftit barra mill-kapitali Peruvjana Lima hekk kif id-drivers kollha kellhom l-opportunita’ li jippreparaw bis-sħiħ qabel ma bdew l-avventura tad-Dakar ta’ din is-sena li beda ftit iktar tard mis-snin preċedenti. Filfatt fl-edizzjonijiet tal-aħħar snin ir-Rally Dakar kien dejjem jibda f’nofs Diċembru.

Fost dawk li bdew ir-Rally Dakar ta’ din is-sena hemm il-Franċiż Stephane Peterhansel l-iktar driver li kiseb suċċessi fl-aħħar snin li qed jerġa’ jsuq bil-Peogeot tiegħu.

Id-drivers ex champions tar-rally Nasser al-Attiyah, Nani Roma u Giniel de Villiers kienu kollha fost dawk li bdew ir-rally ta’ din is-sena.

Miktub minn...
TVM Sport
.