Motorsport
Rally FIFA World Rally: Il-Finlandiż Kalle Rovanpera jirbaħ fil-Greċja

Rally: Is-sewwieq ta’ 20 sena l-Finlandiż Kalle Rovanpera rebaħ l-FIA World Rally Championship 2021. B’ hekk dan kien it-tieni unur meta rebaħ l-EKO Acropolis Rally tal-Greċja.
Il-Finlandiż iddomina prattikament fl-erbat ijiem li fihom sar ir-Rally, fejn rebaħ b’ vantaġġ ta’ 42.1 sekonda b’Toyota Yaris. Din ir-rebħa tasal xahrejn biss wara li sar l-iżgħar rebbieħ ta’ WRC fl-Estonia. Ott Tanak spiċċa fit-tieni post b’ Hyundai i20, bis-sewwieq li qed jillidja dan il-kampjonat Sebastien Ogier temm fit-tielet post fuq Yaris ukloll, 29.2 sekondi wara Tanak. Il-Franċiż Ogioer estenda l-vantaġġ għal 44 punt meta baqa’ tlett rawnds oħra għa-tmiem.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.