Motorsport
Rally: Ott Tanak jirbaħ l-ewwel edizzjoni fiċ-Ċili, Ogier jitla’ fil-quċċata tal-klassifika

L-Estonjan Ott Tanak rebaħ l-ewwel rally li qatt saret fiċ-Ċili. Tanak kellu tmiem il-ġimgħa mill-aqwa imma mhux l-istess jista’ jingħad għall-Belġjan Thierry Neuville, li wara li kien fuq quddiem fil-klassifika wara l-ewwel ħames rounds ta’ din is-sena, ilbieraħ kellu ħabta kbira bil-Hyundai tiegħu u tilef l-ewwel post. Għal Neuville kienet ġurnata diżappuntanti ħafna, tant li lbieraħ ma rnexxielu jieħu l-ebda punt, u b’hekk il-Franċiż Sebastian Ogier irnexxielu jmur hu fuq quddiem fil-klassifika bil-karozza Citroen.

Ogier spiċċa r-Rally taċ-Ċili fit-tieni post, 23.1 sekondi wara Ott Tanka, filwaqt li Sebastien Loeb spiċċa t-tielet fuq il-Hyundai. Għal Loeb, li għandu 45 sena, din kienet l-ewwel darba li tela’ fuq il-podju b’karozza mill-Korea t’Isfel. Ott Tanak issa rebaħ żewġ rallies matul dan l-istaġun u għandu 112-il punt, 10 punti inqas minn Ogier li jinsab fil-quċċata. Minħabba li ma ħax punti matul il-ġurnata tal-bieraħ, Neuville niżel fit-tielet post b’110 punti. Il-Hyundai baqgħu fuq quddiem fil-klassifika tal-karozzi b’178 punt, warajhom it-Toyota b’149.

Ir-rally li jmiss ser issir fil-Portugall bejn it-30 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Aktar