Motorsport
Rally: Sebastien Ogier jirbaħ ir-Rally tal-Messiku wara li twaqqaf ħesrem is-Sibt

Sebastien Ogier rebaħ ir-Rally tal-Messiku għas-sitt darba fil-karriera tiegħu, f’rally li kienet differenti minn tas-soltu għaliex twaqqfet ħesrem is-Sibt. Minħabba r-restrizzjonijiet minn diversi pajjiż dwar l-ivjaġġar, ġie deċiż li r-rally tiġi fi tmiemha s-Sibt minflok il-Ħadd sabiex it-timijiet ikunu jistgħu jivvjaġġaw lura lejn pajjiżhom. Ir-rally twaqqfet wara t-tieni leg tas-Sibt, b’Ogier jgħid li din ir-rebħa hija differenti minn tas-soltu għaliex qatt ma’ seħħet sitwazzjoni simili. L-Estonjan Ott Tanak spiċċa t-tieni fuq il-Hyundai wara li kellu ġurnata diżappuntanti l-Ġimgħa. Teemu Sunine fuq M-Sport Ford spiċċa t-tielet u Evans, li għadu fl-ewwel post fil-klassifika spiċċa r-raba’.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-FIM ikkonfermat li ttieħdet id-deċiżjoni li tipposponi wkoll it-tieni Grand Prix tal-istaġun li kien se jiftaħ il-kampjonat 2020 wara li kien pospost ukoll l-ewwel Grand Prix tal-Qatar. It-tieni Grand Prix…

Motorsport

Formula E: Kien is-sewwieq tat-team DS Techeetah Antonio Felix da Costa li rebaħ l-E Gran Prix li sar f’Marrakesh wara li kien beda mill-Pole position. Antonio Felix da Costa sar…

Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Aktar