Motorsport
Rally ta’ Dakar: Is-sewwieq Portugiż Paulo Goncalves imut f’ħabta kerha bil-mutur fis-seba’ stadju

Is-sewwieq Portugiż Paulo Goncalves miet f’ħabta kerha bil-mutur fis-seba’ stadju tar-rally li qed isir fl-Arabja Sawdija.

Goncalves ta’ 40 sena miet fit-13il rally tad-Dakar li kien qed jieħu sehem fiha fil-karriera minn mindu kien iddebutta fl-2006.

Hu miet wara inċident li fih sofra ġrieħi gravi, 276 kilometru mill-bidu tal-istadju bejn Riyadh u Wadi Al Dawasir.

Goncalves spiċċa mal-ewwel 10 postijiet tar-Rally ta’ Dakar erba’ darbiet.

Hu kien fl-46 post overall sal-Ġimgħa fis-sitt stadju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz jinsab stadju ‘l bogħod milli jirbaħ id-Dakar Rally 2020. Fit-tmiem tal-istadju ta’ qabel tal-aħħar, Sainz kellu 10 minuti vantaġġ fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah, u ftit tas-sekondi aktar…

Motorsport

Is-Sewwieq Malti Noel Galea li jikkompeti b’mod regolari ġewwa Sqallija ġie ikkonfermat Champion tal-klassi li jikkompeti fiha. Il-Klassi hija magħrufa bħalha Grupp E2SH u Klassi 2000. Il-grupp jindika it-tip ta…

Aktar