Motorsport
Rally ta’ Dakar: L-Ispanjol Carlos Sainz jara l-vantaġġ li kellu jonqos bin-nofs

L-Ispanjol Carlos Sainz ra l-vantaġġ li kellu jonqos bin-nofs hekk kif il-Franċiż, 13-il darba champion Stephane Peterhansel, sar ir-raba’ rebbieħ ta’ stadju differenti f’erbat ijiem.

Peterhansel, magħruh aħjar bħala Mr Dakar għas-suċċess li dejjem kiseb fuq erba’ u żewġ roti, spiċċa l-istadju ta’ 453 kilometru żewġ minuti nofs qabel iċ-champion renjanti Nasser Al-Attiyah.

Ir-raba’ stadju kien minn Neom sa Al-Ula.

Din is-sena, ir-rally ta’ Dakar qed issir kollha kemm hi fl-Arabja Sawdija wara li għall-aħħar 10 snin saret fl-Amerka t’Isfel.

Fil-kategorija tal-muturi, l-Amerikan Ricky Brabec żamm il-vantaġġ overall, żewġ minuti u nofs qabel l-Arġentin Kevin Benavides.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) organizzat Laqgħa Ġenerali Straordinarja fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju biex jimtlew il-karigi li kienu battala ta’ Teżorier u Viċi-Segretarju. Matul l-EGM, għadd ta’ emendi għall-istatut tal-MMF ġew…

Motorsport

Il-Portugiż Antonio Felix da Costa rebaħ il-kampjonat dinji anki jekk fadal żewġ rawnds x’jinstaqu. Da Costa spiċċa fit-tieni post fir-raba’ tellieqa tas-sitt staġun tal-Formula E fiċ-ċirkwiet ta’ Tempelhof fil-Ġermanja. Is-sewwieq…

Motorsport

Iċ-champion renjanti Jonathan Rea tela’ fl-ewwel post tal-klassifika overall tal-kampjonat dinji tas-super bikes bit-tieni rebħa fit-tielet rawnd fiċ-ċirkwiet ta’ Autodromo Internacional ta’ Algarve. Rea kien diġà naqqas id-distakk minn mal-leader…

Motorsport

Is-sewwieq Malti Gianluca Dingli ikkompeta fl-ewwel tiġrija uffiċjali fis-sitt sena tiegħu fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport. L-ewwel rawnd sar fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Triscina fi Trapani. Dingli kkompeta fil-klassi Senior X30…

Aktar