Motorsport
Rally ta’ Dakar: L-Ispanjol Carlos Sainz jirbaħ is-sitt stadju f’Bolivja

Is-sewwieq Spanjol Carlos Sainz rebaħ is-sitt stadju hekk kif it-tellieqa daħlet f’Bolivja.

L-Ispanjol kellu sfida sal-aħħar nifs kontra sieħbu stess tat-tim Peugeot Stephan Peterhansel, li għal ħafna mill-ħin kien fuq quddiem, biex spiċċa daħal fl-ewwel post bi ftit aktar minn erba’ minuti.

Din l-edizzjoni tar-rally ta’ Dakar kellha diversi sewwieqa li rtiraw minħabba injury.

It-Tlieta li għadda Sam Sunderland kellu jirtira minħabba inċident li kellu u li fih sofra uġigħ kbir f’daru.

Illum kienet ġurnata ta’ mistrieħ għar-rally ta’ Dakar li issa tkompli għadda bil-karozzi li jitilqu minn La Paz u jridu jaslu sa Uyuni fil-Bolivja.

Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Stephan Peterhansel, is-sewwieq li kien fl-ewwel post tat-tellieqa waqa’ ferm lura hekk kif qabeż is-seba’ stadju u kellu problemi fil-magna tal-Peugeot tiegħu. Peterhansel beda s-seba’ stadju tat-tellieqa f’Bolivja b’mod mill-aktar…

Motorsport

Motorsport: L-All Wheel Drive Club Malta organizza l-ewwel attivita’ għal din is-sena meta saret il-Winch Challenge ġewwa barriera fil-limiti tan-Naxxar. Il-Winch Challenge hija meqjusa bħalha waħda mill-isfidi kbar kemm għal-vetturi…

Motorsport

L-Aħjar siltiet mill-ewwel jumejn tar-Rally Dakar 2018. Fir-Rally Dakar, il-klassifikazzjoni parzjali wara li ntemmet tappa numru 4 hekk kif il-vetturi issa saqu diġa’ 444kilometru. Il-Franċiz ADRIEN VAN BEVEREN qed jillidja…

Motorsport

It-tim professjonali ta’ Sim Racing Malta, RPM eSports kiber f’dawn l-aħħar jiem, daħlu tliet sewwieqa Maltin oħra biex jakkumpanjaw lil Keith Camilleri u lil Terence Grech. Dawn huma Omar Barbara,…

Aktar