
Motorsport
Rally ta’ Dakar: Nasser Al-Attiyah jirbaħ ir-raba’ stadju
It-tliet darbiet Champion tal-Qatar Nasser Al-Attiyah rebaħ ir-raba’ stadju tar-Rally ta’ Dakar li qed issir fl-Arabja Sawdija.
Is-sewwieq ta’ Toyota temm ir-raba’ ġurnata 4 minuti u 58 sekonda qabel Stephane Peterhansel li temm fit-tieni post.
Ir-raba’ stadju tal-lum kellu tul 337 kilometru u beda minn Wadi ad-Dawasir u ntemm fil-belt kapitali, Riyadh.
L-Ispanjol Carlos Sainz, iċ-champion renjanti, tela’ fit-tielet post overall tal-klassifika iżda jinsab 36 minuta bogħod mill-quċċata.
Id-disa’ darbiet champion tar-rally mondjali Sebastien Loeb jinsab fir-raba’ post 48 minuta bogħod mill-ewwel post.
Fil-kategorija tal-muturi, il-Franċiż Xavier de Soultrait mar fl-ewwel post tal-klassifika bl-Ispanjol Joan Berreda li jinsab 15-il sekonda warajh.