Motorsport
Rally ta’ Dakar: Peterhansel bl-14-il rebħa tal-karriera

Il-veteran Franċiż Stephane Peterhansel huwa r-rebbieħ tal-edizzjoni tar-Rally ta’ Dakar għal din is-sena.

Din hi l-14-il rebħa fil-karriera ta’ Peterhansel u t-tmien waħda fil-kategorija tal-karozzi.

Ir-rally ta’ din is-sena sar fid-deżert tal-Arabja Sawdija.

Is-sewwieq ta’ 55 sena fuq X-Raid Mini JCW, magħruf aħjar bħala “Mr Dakar”, rebaħ l-ewwel kategorija fir-Rally ta’ Dakar lura fl-1991 fuq mutur biex imbagħad kien mexa għall-kategoriji tal-karozzi.

L-Arġentin Kevin Benavides fuq Honda sar l-ewwel sewwieq mill-Amerka t’Isfel li rebaħ it-titlu tal-muturi wara t-12-il stadju li ntemm f’Jeddah.

Ir-Rally ta’ Dakar ta’ din is-sena kien it-43 wieħed fl-Istorja.

Miktub minn...
TVM Sport