Motorsport
Rally ta’ Dakar: Peterhansel jaqa’ lura wara problemi fil-magna

Stephan Peterhansel, is-sewwieq li kien fl-ewwel post tat-tellieqa waqa’ ferm lura hekk kif qabeż is-seba’ stadju u kellu problemi fil-magna tal-Peugeot tiegħu.

Peterhansel beda s-seba’ stadju tat-tellieqa f’Bolivja b’mod mill-aktar kunfidenti u deher favorit li seta’ jirbaħ it-tellieqa sakemm kif daħal fil-129 kilometru nqalgħu problemi kbar u baqa’ mwaħħal għal siegħa u 45 minuta.

Il-problema li kellu Peterhansel tefgħet fuq quddiem lill-kollega tal-istess karozza Peugeot Carlos Sainz fuq quddiem bi kważi 8 minuti vantaġġ fuq quddiem u b’Giniel De Villiers fuq Toyota fit-tieni post.

Fit-tellieqa tal-muturi, Joan Berreda Bort, sewwieq tal-Honda, impressjona lil kulħadd fit-tellieqa minn La Paz sa Uyuni u rebaħ f’ħin ta’ 5 sigħat .11.10, kważi vantaġġ ta’ 3 minuti fuq Adrien Van Beveren fuq Yamaha.

Miktub minn...
TVM Sport