Motorsport
Rally ta’ Dakar: Stephane Peterhansel iżomm il-vantaġġ tiegħu overall wara s-sitt stadju

Stephane Peterhansel żamm il-vantaġġ tiegħu overall wara s-sitt stadju li sar illum fl-avveniment li qed isir fl-Arabja Sawdija.

L-istadju tal-lum kien dominat mis-sewwieq Spanjol ta’ X-Raid, u champion renjanti, Carlos Sainz.

Peterhansel spiċċa fir-raba’ post fl-istadju tal-lum li kellu tul ta’ 348 kilometru u beda minn Al Qaisumah sa Ha’il.

L-iktar rivali viċin Nasser Al-Attiyah tal-Qatar daħal fit-tielet post fuq karozza Gazoo Toyota Hilux u naqqas id-distakk overall li kellu Peterhansel b’5 minuti u 53 sekonda.

Fit-tieni post daħal is-sewwieq l-ieħor ta’ Toyota mill-Arabja Sawdija, Yazeed Al Rajhi.

Miktub minn...
TVM Sport