Motorsport
Rally ta’ Dakar: Stephane Peterhansel jirbaħ l-ewwel stadju tiegħu tal-edizzjoni ta’ din is-sena

Il-leader tal-klassifika overall Stephane Peterhansel rebaħ l-ewwel stadju tiegħu tal-edizzjoni ta’ din is-sena biex ħalla lil Nasser Al-Attiyah warajh fid-deżert tal-Arabja Sawdija.

Ta’ 55 sena, Mr Dakar, hekk kif inhu magħruf, żied il-vantaġġ tiegħu fuq is-sewwieq mill-Qatar bi 17-il minuta u 50 sekonda.

Peterhansel għandu rekord ta’ 13-il rebħa kemm fuq il-muturi u anki karozzi.

Sat-tappa tal-lum, il-Franċiż kien għadu ma rebaħ l-ebda waħda.

Fit-tappa tal-lum, Al-Attiyah sofra minn żewġ punctures fl-istadju li kellu tul ta’ 465 kilometri.

Miktub minn...
TVM Sport