Motorsport
Rally ta’ Montecarlo: Il-Franċiż Sebastien Ogier jerġa’ jirbaħ it-tilu

Il-Franċiż Sebastien Ogier reġa’ rebaħ it-tilu tar-rally ta’ Montecarlo.

Is-sewwieq tal-M Sport Ford, rebbieħ tal-aħħar ħames titli, beda r-raba u l-aħħar leg tat-tellieqa b’vantaġġ ta’ 33 sekonda u nofs fuq it-Toyota tas-sewwieq mill-Estonja Ott Tanak.

Finalment, Ogier irnexxielhu jtemm it-tellieqa b’vantaġġ ta’ 58.3 sekondi.

Il-Finlandiż Jari-Matti spiċċa fit-tielet post.

Ogier kien ingħaqad ma M-Sport fl-istaġun li għadda wara erba’ snin ma’ Volkswagen li magħhom rebaħ erba’ titli wara xulxin.

Ir-rally li jmiss għal titlu ieħor tkun bejn il-15 u t-18 ta’ Frar fl-Iżvezja.

Miktub minn...
TVM Sport