Motorsport
Rally tal-Marokk: Carlos Sainz u Paulo Goncalves jirbħu l-kategoriji rispettivi fir-raba’ stadju

L-Ispanjol Carlos Sainz u l-Portugiż Paulo Goncalves rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk li sar matul il-ġurnata tat-Tlieta.

Fil-kategorija tal-karozzi, Carlos Sainz spiċċa l-istadju f’ħin ta’ 3 sigħat u 33 minuta, żewġ minuti u nofs quddiem Jakub Przygonski u tmien minuti quddiem Giniel de Villiers. L-Ispanjol Fernando Alonso li fit-tielet stadju kellu jirtira minħabba ħsara fil-karozza, fir-raba’ stadju spiċċa fis-7 post, 27 minuta wara li daħal Sainz, f’wirja pjuttost impressjonanti għalih. Mhux l-istess jista’ jingħaqad għall-Qatari Nasser Al-Attiyah li kellu jirtira mill-istadju minħabba ħsarat fil-karozza u b’hekk tilef ħin prezzjuż tant li Giniel de Villiers tal-Afrika t’Isfel issa tela’ fil-quċċata tal-klassifika.

Fil-kategorija tal-muturi Paolo Goncalves kellu jitħabat biex spiċċa minuta quddiem Ricky Brabec u minuta u nofs quddiem Andrew Thomas Short li daħal fit-tielet post. Goncalves għamel ir-raba’ stadju f’ħin ta’ 3 sigħat u 37 minuta. Bir-riżultat tajjeb li kiseb Andrew Thomas Short, huwa tela’ momentarjament fil-quċċata tal-klassifika tal-kategorija tal-muturi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

F’Valencia, fuq iċ-ċirkwit Ricardo Tormo, bdew it-testijiet fuq il-karozzi tal-Formula E. Jidher li l-istaġun 2019/20 mistenni li jkun l-aktar wieħed kompetittiv s’issa, bit-timijiet ta’ TAG Heuer Porsche FE u Mercedes-Benz…

Motorsport

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz…

Motorsport

Wara t-tieni stadju tar-Rally tal-Marokk, Nasser Al-Attiyah tal-Qatar żamm postu fil-quċċata tal-klassifika fuq it-Toyota Hilux. Fl-istadju li sar qrib Fes, il-Marokk, iċ-champion tar-Rally ta’ Dakar żamm fuq quddiem, b’Stephane Peterhansel,…

Motorsport

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u…

Aktar