Motorsport
Rally tal-Marokk: Giniel de Villiers u Andrew Short jirbħu l-kategoriji tagħhom

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz.

Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz li kien jinsab fit-tieni post fil-klassifika ġenerali. Matul l-istadju Sainz beda jnaqqar id-distakk tant li rnexxielu jniżżlu sa 26 sekonda biss, imma ħsara fil-magna ħarbtitlu l-pjanijiet u temmitlu t-tamiet li seta’ jmur fuq quddiem. Minħabba f’dan, de Villiers mhux biss rebaħ l-aħħar stadju imma anke rebaħ ir-raba’ Rally għalih personali fil-Marokk.

Fil-kategorija tal-muturi, l-Amerikan Andrew Short spiċċa l-ewwel meta rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Pablo Quintanilla. Joan Barreda spiċċa fit-tielet post fil-klassifika ġenerali, b’Toby Price jispiċċa r-raba’ wara li rebaħ l-aħħar stadju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

57 sewwieq żgħażagħ, minn 8 snin sa 25 sena, ġew approvati mill-Malta Motorsport Federation (MMF) għall-ewwel fażi tal-Programm ta ’Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA flimkien mal-MMF li beda mit-Tnejn 6 ta’…

Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Aktar