Motorsport
Rally: Thierry Neuville dominanti fl-Arġentina

Il-Belġjan Thierry Neuville rebaħ ir-Rally tal-Arġentina fuq il-karozza Hyundai. Kien tmiem il-ġimgħa pożittiv għall-aħħar għall-Belġjan, tant li fl-ebda ħin ma’ deher li seta’ jitlef dan ir-Rally. Neuville spiċċa fil-quċċata tal-klassifika, 48.4 sekondi quddiemu sieħbu tal-istess tim, Andreas Mikkelsen. Min-naħa tiegħu, in-Norveġiż spiċċa 16-il sekonda quddiem Sebastian Ogier li temm fit-tielet post.

Bir-rebħa tiegħu, Neuville kompla kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-klassifika fuq il-Franċiż Ogier, u issa għandu 10 punti distakk wara li saru ħames rallies. Is-sitt rally tal-istaġun ser isir fiċ-Ċili x-xahar id-dieħel.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA