Motorsport
Rally: Thierry Neuville l-aktar veloċi fil-Portugall s’issa

Il-Belġjan Thierry Neuville beda tajjeb fir-Rally tal-Portugall li qiegħda ssir fi tmiem din il-ġimgħa. Neuville qiegħed jittama li jikser id-dominju taż-żewġ Sebastiens li f’dawn l-aħħar 15-il sena dejjem rebħu r-Rally, daqqa wieħed u daqqa l-ieħor.

Neuville għamel ħin ta’ 3:02.1 bi Kris Meeke ikun 0.10 ta’ sekonda warajh. Is-sitt darbiet champion tad-dinja Sebastien Ogier bata matul il-ġurnata tal-Ħamis, tant li lanqas biss spiċċa mal-ewwel għaxra u Sebastien Loeb għamel ir-raba’ l-aħjar ħin flimkien m’Ott Tanak.

L-ewwel seba’ stadji tar-Rally tal-Portugall isiru l-Ġimgħa 31 ta’ Mejju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar