Futbol internazzjonali
Rapporti persistenti jgħidu li Pep Guardiola ffirma kuntratt ta’ 4 snin ma’ Juventus

Rapporti persistenti li ilhom għaddejin fil-media internazzjonali fl-aħħar sigħat, qegħdin jgħidu li Pep Guardiola, iffirma kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Juventus.

Jidher li d-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Fabio Paratici, iltaqa’ mal-kowċ Spanjol proprju lbieraħ f’lukanda f’Milan u l-laqgħa bejniethom intemmet bi qbil u ftehim.

Guardiola se jkun qed idaħħal €23 miljun netti ta’ erba’ staġuni.

Guardiola se jkun qed jieħu post Max Allegri li ħabbar li mhux se jibqa’ fit-tmexxija tat-tim mill-istaġun li ġej wara ħames staġuni ta’ rebħ.

Jidher li kien Andrea Agnelli, il-President ta’ Juventus, li ddeċieda li kien wasal il-mument li jinbidel il-kowċ.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: illum minn Grupp E l-Olanda rebħu 3-1 kontra l-Kamerun. Fil-41 l-Olandiżi minn fuq b’goal ta’ Vivianne Miedema. Eżatt qabel il-mistrieħ kienet Gabrielle Aboudi Onguene li ġabet id-draw għal Kamerun 1-1. Mal-ftutħ…

Futbol internazzjonali

l-Ekwador kisbu t-tielet post dan hekk kif huma għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 1-0 fit-Tazza tad-Dinja taħt l-20 sena . Wara li sad-disgħin minuta l-iskor baqa dak ta’ mingħajr gowls, il-logħba…

Futbol internazzjonali

Il-Brazil għelbu lill-Bolivia bl-iskor ta’ 3-0 fl-ewwel logħba tagħhom tal-Copa America. Wara taqsima fqira, ħames minuti fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta Philippe Coutinho fetaħ l-iskor minn penalty wara li dan…

Futbol internazzjonali

Minn Grupp C l-Italja kisbu rebħa faċli hekk kif huma għelbu lill-Ġamajka bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls tal-Azzurri waslu minn hat trick ta’ Cristiana Girelli fit-12 il-minuta minn penalty, fil-25 minuta…

Aktar