Futbol internazzjonali
Real Madrid b’żewġ punti vantaġġ fil-quċċata ta’ La Liga

Espanyol 0   Real Madrid 1

Gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Casemiro kien biżżejjed biex Real Madrid fetħu żewġ punti vantaġġ fuq Barcelona fil-quċċata ta’ La Liga meta fadal sitt logħbiet biex jitemm l-istaġun. Min-naħa l-oħra għal Espanyol din kienet daqqa oħra fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta baqgħu ankrati fil-qiegħ u jinsabu 10 punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni meta fadal biss 18-il punt x’jistgħu jintrebħu.

F’logħbiet oħra:

Levante  4-2  Real Betis

Villarreal  2-0  Valencia

Granada  1-2  Eibar

Illejla fl-22:00, Getafe jilagħbu kontra Real Sociedad.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar