Futbol internazzjonali
Real Madrid iżommu mat-tradizzjoni u jiftħu s-sessjoni ta’ taħriġ tal-aħħar tas-sena għall-partitarji

Real Madrid, Champions tal-Ewropa, żammew mat-tradizzjoni ta’ dawn iż-żminijiet tal-festi u l-kowċ Zinedine Zidane iddeċieda jiftaħ il-bibien tat-taħriġ għall-pubbliku.

Il-pubbliku Madrilen kellu x-xorti jara t-taħriġ mill-viċin tal-idoli tiegħu anki għax l-iskwadra kienet waħda kompleta bi plejers bħal Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Gareth Bale.

Filwaqt li ħafna partitarji ta’ Real Madrid għadhom delużi wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Barcelona, għal dak il-mument kulħadd deher ferħan u f’burdata ta’ ċelebrazzjoni hekk kif għal wiri tal-pubbliku kien hemm il-ħames trofew li ntrebħu mill-klabb matul l-istaġun li għadda.

Real Madrid huwa t-tim tas-sena 2017. Huma rebħu l-UEFA Champions League għat-tielet darba f’erba’ staġuni, La Liga u t-Tazza tad-Dinja tal-klabbs. Magħhom wieħed iżid is-Super CUp Spanjola u s-Super Cup Ewropea.

Miktub minn...
TVM Sport