Futbol internazzjonali
Real Madrid jikkonfermaw li Zidane pożittiv għall-COVID-19

Zinedine Zidane, il-kowċ ta’ Real Madrid, illum ittestja pożittiv għall-COVID-19.

L-aħbar ikkonfermawha Real Madrid stess.

Iktar kmieni dan ix-xahar, il-kowċ Franċiż kien iżola ruħu wara li nstab li kien għal tul ta’ ħin ma’ xi ħadd li nstab pożittiv.

Zidane jinsab taħt pressjoni kbira wara li Real Madrid sfaw eliminati mit-Tazza Spanjola kontra Alcoyano.

Real Madrid jinsabu fit-tieni post tal-klassifika La Liga, seba’ punti taħt Atletico Madrid.

 

Miktub minn...
TVM Sport