Futbol internazzjonali
Real Madrid jirbħu l-UEFA Super Cup 2017/18

UEFA SUPER CUP 2017/18

REAL MADRID……………..2

MANCHESTER UTD……..1

Real Marid rebħu s-Super Cup tal-UEFA dan wara li rebħu fil-finali lil Manchester United. Dan kien ir-raba’ suċċess għall-ispanjoli f’din it-tazza prestiġjuża.

Logħba li saret fil-Belt kapitali tal-Maċedonja fi Skopje li laqqgħat lit-team Spanjol li rebaħ il-UEFA Champions League f’Mejju li għadda kontra l-Ingliżi ta’ Manchester United rebbieħa tal-kompetizzjoni l-oħra tal-UEFA jiġifieri l-Europa League.

Real Madrid bdew il-logħba mingħajr Cristiano Ronaldo hekk kif Zinedine Zidane għażel li ma jibdieħx mal-ewwel 11 minħabba li mhux fl-aħjar kundizzjoni.

Wara kwarta logħob Real Madrid laqtu l-lasta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Casemiro.

23min Real Madrid imorru meritatament fil-vantaġġ. Kien l-istess Casemiro li wara li rċieva l-ballun minn Carvahal f’pożizzjoni pjuttost dubjuża ta’ offside kie kalm u għeleb lil David de Gea għal 1-0.

42min Xutt b’saħtu ta’ Benzema u save tajjeb tal-Goalkeeper Spanjol tar-Red Devils.

47min Real Madrid ikomplu fejn ħallew fl-ewwel taqsima hekk kif xutt mid-distanza ta’ Toni Kroos isalva stupendament David de Gea f’korner. Fejn mill-istess korner kien Marcelo li wara li ħa l-ballun baqa’ javvanza mar għax-xutt li kien imblukkat minn Smalling ballun mal-ġenb tax-xibka.

52min Real Madrid jagħmluhom 2-0 hekk kif tkun azzjoni sabiħa konbinazzjoni bejn Isco u Bale, b’Isco jipplajsja l-ballun wara de Gea għal vantaġġ doppju.

54min Reazzjoni tat-team Ingliż, Cross lejn Pogba li bir-ras jikkonkludi ċentrali, Navas isalva u mir-rebound inkredibilment l-eks Everton Lukaku jixħet għoli opportunita’ kbira mitlufa għat-team ta’ Mouruinho.

60min Il-Merenges viċin it-tielet goal, b’Gareth Bale jolqot il-lasta fuq il-ġirja u wara kien Carvahal li bil-kross tiegħu jixħet fin-nofs iżda Benzema ma’ jolqotx tajjeb il-ballun.

62min Fl-iktar mument diffiċli għal Man United, huma jirnexxielhom jiskorjaw permezz ta’ Lukaku wara li Navas ma żammx xutt b’saħtu ta’ Matic u l-iskor isir 2-1.

80min Man United jibqgħu fuq l-offensiva hekk kif Marcus Rashford kellu f’saqajh il-ballun tat-2-2 iżda kien Navas li xellef bi ftit f’korner.

91min Cross ta’ Valencia daqqa ta’ ras ta’ Felaini jsalva Navas.

92min Azzjoni bejn iż-żewġ sostituti ta’ Real fil-konfront b’de Gea jslava fuq Asensio.

Skore finali real Madrid 2 Manchester United 1.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.