Futbol internazzjonali
Real Madrid jirbħu s-Super Cup Spanjola wara l-għoti tal-penalties

Super Cup Spanjola – Finali

Real Madrid 4 Atlético Madrid 1 (wara l-għoti tal-penalties)

Real Madrid rebħu s-Super Cup Spanjola meta fil-finali kellhom jistennew sal-penalties biex għelbu lil Atlético Madrid f’konfront bejn il-Madrileni f’Jeddah, l-Arabja Sawdija. Sad-90 minuta l-eba tim ma’ rnexxilu jsib ix-xibka avversarja u fuq draw ta’ 0-0 il-logħba marret għall-ħin barrani. Lanqas hawnhekk ma’ kien hemm xejn x’jifred liż-żewġ timijiet, ħlief li Real Madrid spiċċaw jilagħbu l-aħħar ħames minuti bi plejer inqas meta tkeċċa Valverde.

Fl-għoti tal-penalties Atlético Madrid kellhom ħmar il-lejl qawwi meta fallew l-ewwel tnejn biex taw aktar kunfidenza lil-Los Blancos li ma qagħdux lura milli jiskurjaw il-penalties kollha li taw.

Carvajal (skorja) – R. Madrid 1 A. Madrid 0
Saul (falla) – R. Madrid 1 A. Madrid 0
Rodrygo (skorja) – R. Madrid 2 A. Madrid 0
Thomas (falla) – R. Madrid 2 A. Madrid 0
Modric (skorja) – R. Madrid 3 A. Madrid 0
Trippier (skorja) – R. Madrid 3 A. Madrid 1
Ramos (skorja) – R. Madrid 4 A. Madrid 1

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar