Futbol internazzjonali
Real Madrid u Roma jitilfu l-konfronti tagħhom minn Grupp Ġ.

Iż-żewġ partiti minn Grupp Ġ bdew aktar kmieni mill- kumplament tal- logħob

Quddiem il-pubbliku tagħhom fil-Bernabeu, Real qed tilfu 3-0 ma’ CSKA Moska: li daħlu jistrieħu tnejn minn fuq b’goals ta’ Chalov u Shennikov, u żiedu ieħor fit-tieni taqsima. Filfatt it-tielet gowl għal CSKA Moscow wasal fit-tlieta u sebgħin minuta permezz ta’ Arnor Sigurdsson. Ir-rebħa issa kienet waħda magħluqa u Real qajla wettqu reazzjoni.

Fir-Repubblika Ċeka, Viktoria Plzen rebħu l-konfront kontra Roma 2-1. Wara taqsima mingħajr goals, tliet goals fi spazju t’ 10 minuti. Ċeki fil-vantaġġ minn Kovarik, id-draw ta’ Under għal Roma, u mill-ġdid Plzen minn fuq minn Chory liema gowl wasal fit-tnejn u sebgħin minuta. Fl-aħħar sekondi tal- partita tkeċċa Luca Pellegrini għat-tieni karta safra.

Ir-riżultati ma jibdlu xejn fil-grupp: b’Real Madrid u Roma l-ewwel u t-tieni, u Plzen it-tielet.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-logħba tan-nisa bejn Atlético Madrid u Barcelona kienet suċċess għan-numru kbir ta’ spettaturi li ħonqu l-Wanda Metropolitano Stadium, bil-Katalani jirbħu bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu beraħ it-tellieqa għat-titlu. Għal dan…

Futbol internazzjonali

Milan……2 Inter…….3 Inter jirbħu d-derby della Madonnina meta f’San Siro huma għelbu lill-Milan bl-iskor ta’ 3-2. Inter ħasdu lill-avversarji meta wara biss 3 minuti mill-bidu tal-konfront marru fil-vantaġġ. Kien cross…

Futbol internazzjonali

FA CUP 2018/19 Kwarti tal-Finali Brighton & Hove Albion għaddew għas-semi finali ta’ din is-sena wara li fil-kwarti tal-finali huma rebħu wara l-għoti tal-penalties kontra Millwall. Sad-90 minuta l-iskor kien…

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A fl-Italja, Juventus tilfu 2-0 kontra Genoa fi Stadio Luigi Ferraris. Genoa skorjaw iż-żewġ goals tagħhom permezz tal-ex player ta’ Juventus Stefano Sturaro fit-72 minuta u minn Goran Pandev…

Aktar