Futbol internazzjonali
ARA: Rebħa brillanti għal Malta

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020

European Qualifiers – Grupp F

Malta…………….. 2

Gżejjer Faroe……1

Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb lill-Gżejjar Faroe 2-1, u dan minkejja li lgħabna l-aħħar nofs siegħa bi plejer inqas.

Wara bidu ta’ studju Malta tiftaħ l-iskor b’azzjoni mill-isbaħ wara 13-il minuta. Kien Rowen Muscat li beda l-azzjoni mil-lemin u kross fit-tul lejn Paul Fenech li kompla mill-ewwel għan-nofs lejn Kyrian Nwoko li b’daqqa ta’ ras stupenda xeħet fix-xibka.

Il-Maltin komplew jibnu fuq dan il-vantaġġ u erba’ minuti wara resqu ferm qrib it-tieni gowl b’azzjoni simili fejn din id-darba kien Mbong li qassam mix-xellug lejn Nwoko li b’daqqa ta’ ras oħra qata’ lill-goalkeeper avversarju iżda din id-darba l-ballun mar ftit barra.

Fil-21 minuta azzjoni oħra tal-Maltin fejn Paul Fenech qassam lejn Michael Mifsud li pero l-konklużjoni tiegħu falliet il-mira. Wara din l-azzjoni l-avversarji ħadu xi ftit iktar l-inizjattiva iżda l-Maltin kienu tattikament organizzati u dixxiplinati u l-goalkeeper Malti Bonello kelu verament taqsima mill-iktar trankwilla.

It-tieni taqsima fetħet trankwilla bil-Maltin jikkontrollaw tajjeb il-logħba sakem fil-61 miniuta waslet l-azzjoni tal-penelty meta xutt ta’ Hansson destinat għal ġewwa ħabat ma’ idejn Andrei Agius li kien muri wkoll il-karta l=ħamra. Iżda mill-11-il metru Henry Bonello wettaq save brillanti fuq ix-xutt ta’ Hendrikkson.

Il-Maltin issa kellhom jiddefendu iżda fis-77 miniuta azzjoni brillanti ta’ Joseph Mbong li mid-difiża kellu ġirja mill-aqwa li wasslitu biex jikseb penalty wara fawl ta’ Gregerson. Mill-11-il metru kien Stev Borg li b’kalma kbira xeħet fix-xibka.

Il-kumplament tal-logħba kien assedju ddisprat tal-avversaji li xeħtu kollox fl-attakk u fit-83 minuta kien Bonello li wettaq save ieħor brillanti fuq xutt ta’ Hendriksson. Ir-referee Iżlandiż ta seba’ minuti ta’ ħin miżjud u propju fis-97 minuta jasal il-gowl ta’ konsolazzjoni tal-Gżejjer Faroe skorjat minn daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Jakup Thomsen.

Skor finali Malta 2 Gżejjer Faroe 1

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Aktar