Futbol lokali
Rebħa faċli għal Senglea u Tarxien jirbħu b’għaxar plejers

KAMPJOANT BOV PREMIER 2018/19

Senglea……….5

St Andrews….0

Senglea kisbu rebħa faċli 5-0 fuq St. Andrew’s f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem, filwaqt li b’gowl lejn it-tmiem, Tarxien li kienu qed jilagħbu b’għaxar plejers, għelbu lil Qormi 2-1.

Fid-9 minuta Senglea marru fil-vantaġġ meta bi free-kick dirett Diego Venancio li ħalla lil Calleja Cremona iħares.

Fil 35 minuta L’Isla kabbru il-vantaġġ minn penalty, meta Kurt Magro deher iwaqqa’ lil Caseras fil-kaxxa u mill-11-il metru Diego Venancio tefa’ lil Calleja Cremona in-naħa opposta.

Fit-52 minuta Senglea għamlu l-skor 3-0 meta Diego Venancio b’xutt  minn kważi minn 25 metru bogħod ħasad għal kollox lil Calleja Cremona biex għaqqad il-hat-trick personali.

Għaxar minuti wara it-tim Senglean għalaq il-partita meta Matias Garcia għadda ballun tajjeb lil Leighton Grech li b’xutt fil-baxx għeleb lil goalkeeper tas-Saints.

Fis 77 minuta wara azzjoni twila bejn diversi players, finalment kien Augusto Caseraes li  minn taħt Calleja Cremona ma falliex biex għamel ir-riżultat finali, Senglea 5 St.Andrews 0

Referee : Ishmael Barbara.

BOV Player tal partita : Diego Venancio ( Senglea Athletics).

Tarxien……..2

Qormi………1

Fil-logħba l-oħra Tarxien marru kmieni fil-vantaġġ fil-11-il minuta, fl-ewwel azzjoni tal-partita, xutt ta’ Alexander Nilsson, ballun imxellef li jgħaddi minn fuq Jamie Azzopardi, ballun li eventwalment jispiċċa fix-xibka, minkejja t-tentattiv iddisprat t’Alan Abela li jevita l-gowl.

Fil-35 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Qormi jiksbu l-gowl tad-dro meta minn kross mil-lemin ta’ Freud Gnindokponou, iż-żagħżugħ promettenti Yannick Yankam b”first-timer’ mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa jitfa’ fix-xibka.

Fit-82 minuta Tarxien R jispiċċaw saħansitra b’ 10 min-nies, meta jitkeċċa Juan Cruz Gill, wara t-tieni karta safra murija mir-referee Glen Tonna, wara fawl.

Fil-85 minuta, Tarxien R. imorru fil-vantaġġ meta Alex Jens Wemmer jibqa’ dieħel b’mod eleganti fil-kaxxa, u minn taħt il-lasti jitfa’ fix-xibka, ballun li jgħaddi minn taħt idejn Jamie Azzopardi, għal  riżultat finali Qormi 1 Tarxien R. 2

BOV Plejer tal-Partita-Yannick Yankam (Qormi)

Referee-Glen Tonna

 

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

GFA Gozo Football League l-Ewwel Diviżjoni 2018/19 Fl-erbgħa logħbiet mis-sittax-il ġurnata tal-kampjonat it-timijiet ta’ quddiem Victoria Hotpurs u Nadur Youngsters kisbu rebħiet bi skor kbir filwaqt li bir-riżultati tal-logħbiet l-oħra,…

Futbol lokali

Victoria Hotspurs żammew is-sitt punti vantaġġ fuq l-eqreb avversarji fil-quċċata tal-BOV Gozo Football League l-1 Diviżjoni b’rebħa kbira ta’ 8-0 fuq it-team tal-qiegħ Munxar Falcons. Għall-Hotspurs erba’ goals minn Elton…

Aktar