Futbol lokali
Rebħa faċli għal Żejtun Corinthians fuq Sirens

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Sirens………………….0

Żejtun Corinthians…4

Wara kwarta logħob Żejtun fetħu l-iskor b’azzjoni mill-isbaħ tal-Brażiljan, Jose Fernando Gomes Junior meta dan ħa l-ballun tlett kwarti ta’ ground, qabeż diversi plajers ta’ Sirens u b’xutt fil-baxx għeleb lil David Cassar. Fit-23 minuta Żejtun jirduppjaw meta Vitor Da Silva Vieira jikkrosja mil-lemin u David Kemar Reid b’daqqa ta’ ras tefa l-ballun wara Cassar. Erba’ minuti wara pass ta’ Jurgen Suda lejn Kemar Reid li minn taħt il-lasti ta’ Sirens ixxuttja ftit barra.

Fis-36 minuta Żejtun viċin li jżidu l-iskor, free-kick li ngħata minn Fernando Gomes daħal bil-ġirja Diego Albanese pero’ x-xutt fil-baxx ta’ dan spiċċa ftit barra, sabiex żewġ minuti wara wasal it-tielet gowl tal-Corinthians, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Vitor Da Silva Vieira ma kienx miżmum tajjeb mill- goalkeeper David Cassar bil-ballun jispiċċa ġewwa.

Fit-tieni taqsima r-ritmu tal-logħba  naqas ħafna u kellna nistennew sal-71 minuta meta b’azzjoni personali Vitor Da Silva Vieira baqa’ javvanza fuq il-lemin u b’xutt fil-baxx għamel l-iskor 4-0 u żewġ minuti mit-tmiem daqqa ta’ ras ta’ Vitor Da Silva Vieira taħbat mal-lasta u tispiċċa barra. 

Riżultat finali: Sirens FC 0 v Żejtun Corinthians 4.

Referee: Darryl Agius.

BOV Plejer tal-logħba: Fernando Jose Gomes Junior (Żejtun)

Sirens FC.

D.Cassar, J.Pearson, R.Grech, W.De Oliveira (S.Tounkara 45’), M.Da Silva Maia ( M.A.Bustos 45’), W.Domoraud, A.Borg, R.Scicluna ( J.Walker 76’), T.Agius, R.Romao, T.Espindola.

Żejtun Cortinthians.

C.Cassar, D.Albanese ( G.Bugeja 79’), M.L.Gama, K.D.Reid, J.Suda ( A.Carabott 76’), M.M.Pereira, J.F.Gomes ( D.Agius 79’), V.Da Silva, E.Herrera, N.Tabone(G.Azzopardi 59’), A.De Barros.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.