BOV Premier League 2021/22
Rebħa għal Birkirkara fid-derby kontra Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Balzan …………….1
Birkirkara………. 2

Birkirkara jiksbu t-tielet rebħa minn daqstant logħbiet wara li għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1.

L-ewwel azzjoni tal-partita twassal biex tiftaħ l-iskor favur Birkirkara wara biss żewġ minuti hekk kif Luke Montebello ħarab fuq il-linja xellugija u ġibed lejn in-nofs, il-ballun jispiċċa f’saqajn Falcone, b’dan tal-aħħar jixxutja u jegħleb għal kollox lil Vranes. Fit-13 ‘il minuta Birkirkara kważi rduppjaw b’daqqa ta’ ras ta’ Carniello pero’ Johnson jikklierja l-ballun minn fuq il-linja. Fit-23 minuta Andrejic ta’ Balzan jagħti kross fil-baxx mill-lemin indirizzat lejn Da Paixao,  pero’ Fernandes joħroġ tajjeb għall-ballun. Fl-34 minuta jerġgħu ikunu Balzan permezz ta’ azzjoni personali ta’ Ljubomirac b’Fernandes jilqa’ parzjalment b’diffikulta’. Jasal il-gowl ta’ draw fit-38 minuta, b’xutt mill-isbaħ, minn barra l-kaxxa ta’ Milos Mijic. Mal-45 minuta logħob Birkirkara jerġgħu imorru fil-vantaġġ b’gowl skurjat mill-Portugiż Jeferson Macedo.

Fit-62 minuta Balzan jersqu viċin il-gowl ta’ draw permezz ta’ Duric b’daqqa ta’ ras b’saħħitha li tgħaddi ftit barra. Fis-77 minuta ikun Luke Montebello b’kross mil-lemin pero’ ma jsib lil ħadd minn sħabu.

Skor Finali: Balzan 1  –   Birkirkara 2

Referi: Philip Farrugia

BOV Plejer tal-Logħba: Milos Mijic (Balzan)

Formazzjonijiet:

Balzan: Vranes V., Loof A., Arab S. (Camilleri G. 79’), Duric M., Fenech P., Da Paixao A., Johnson M., Ljubomirac U., Mijic M. (Grima M. 79’), Andrejic A. (Kaljevic B. 70’), Cipriott S. (Frendo N. 86’)

Birkirkara: Fernandes D., Ruiz E., Yankam Y., Montebello L., Mbong P. (Aguirre L. 63’), Zammit K., Falcone F., Attard C., Carniello O., Macedo J. (K Bevis 82’), Venancio D. (Scicluna R. 25’)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.