Futbol lokali
Rebħa għal Sliema f’konfront dirett

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

SLIEMA W. …….4

SENGLEA A……. 1

Sliema Wanderers kisbu rebħa u tlett punti importanti dan wara li f’logħba diretta kontra r-relegation huma għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 4-1.

Senglea ddominaw l-ewwel mumenti tal-partita fejn fit-13 il-minuta Braunovic qassam lil Theodoro de Almeida iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat. Żewġ minuti wara lob ta’ De Almeida li kien antiċipa lil Galea iżda l-ballun spiċċa għoli fuq il-lasta. Fit-18 il-minuta fuq kross ta’ Micallef daqqa ta’ ras minn Junior Cabral bil-gowlkeeper Slimiż itajjar il-ballun fuq il-lasta u f’korner. Biex fil-25 minuta Senglea fetħu l-iskor b’xutt fil-baxx min ġol-kaxxa ta’ Junior Cabral li għeleb lil Galea. Iżda l-ferħ tagħhom dam biss tlett minuti peress li Sliema Wanderers kisbu l-gowl tad-draw. Korner qasir ta’ Oyama lejn Satariano bil-kross ta’ dan tal-aħħar isib lil Juan Gill Cruz fuq it-tieni lasta li mill-viċin ma’ kellux problemi li jitfa l-ballun fix-xibka. Bi Sliema jmorru fil-vantaġġ fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima meta Micallef waqqa lil Juri Cisotti fil-kaxxa bl-istess player jikkonverti mill-ħdax il-metru.

Fis-57 minuta Sliema żiedu l-vantaġġ meta Mintoff qassam għan-nofs lejn Vasilchik li niżżel fid-direzzjoni ta’ Satariano bix-xutt ta’ dan tal-aħħar isib ir-rokna tax-xibka. Fl-64 minuta Mintoff qassam lejn Cisotti iżda x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa spiċċa barra. Biex ħdax il-minuta mit-tmiem Sliema ssiġillaw ir-rebħa b’xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa ta’ Michele Sansone.

Riżultat finali  Sliema W. 4 Senglea A. 1

Ikkontrolla din il-logħba r-referee Ishmael Barbara

Il-player ta’  Sliema Wanderers Juri Cisotti ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba

Formazzjonijiet:

Sliema W:  J. Galea, A. Satariano (J. Pearson 84’), K. Shaw, J. Mintoff, M. Scerri (M.Sansone 73’), F. Vasilchik, C. Zappa, J. Cisotti, J. Gill Cruz, C. Calvo Sobrado (E. Agius 67’), A. Oyama 

Senglea A:  M. Farrugia, C. Zammit, S. Olberkis, M. Micallef (J. Tanti 57’),  T. Marukawa, J. Wilkson Teixeira (S. Arab 81’), N. Braunovic, J. Cabral (J. Debono 67’), C. Anderson do Nascimento, J. Martin Micallef, R. Theodoro de Almeida

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar