Futbol lokali
FILMAT: Rebħa għal Sliema Wds wara 4 telfiet, u skoss għal Ħamrun Spartans

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema Wds……………2

Ħamrun Spartans…0

It-tim Slimiż ried jirkupra minn erba’ telfiet wara xulxin kontra Sirens, Senglea A, Mosta u Hibs, fejn kienu jinsabu t-tieni post mill-aħħar b’ħames punti biss.  Min-naħa l-oħra l-iSpartans għaddejin minn żmien pożittiv peress li  jinsabu fir-raba’ post tal-kampjonat b’sittax -il punt wara li ż-żewġ timijiet lagħbu 9 partiti.

Fil-11 –il minuta kross mil-lemin ta’ Orestis Nikolopoulos pero’ Wilfried Domoraud naqas li jikkonkludi minn taħt il-lasta Slimiża. F’nofs l-ewwel taqsima Ħamrun kellhom jagħmlu żewġ sostituzzjonijiet sforzati meta weġġgħu Failla u Alhinio u flokhom daħlu  Darren Borg u Ryan Darmanin. Fid-29 minuta Sliema marru fil-vantaġġ meta Diaz Carvajal b’xutt minn tarf il-kaxxa ħasad lill-goalkeeper Debattista li spiċċa fix-xibka. Fis-36 minuta xutt ċentrali ta’ Claudio Pani u Debattista dawwar f’korner.

Fit-53 minuta korner għal Ħamrun li ngħata minn Marco Criaco u daqqa ta’ ras ta’ Nikolopoulos tispiċċa ftit barra. Erba’ minuti wara korner ieħor ta’ Criaco u xutt fil-baxx ta’ Kurt Micallef spiċċa barra ukoll. Fis-67 minuta Sliema għamlu l-iskor 2-0 meta xutt fil-baxx ta’ Zappa ġie imblukkat u mir-rebound Kurt Shaw għeleb lil Debattista. Fil-75 minuta azzjoni personali ta’ Sow Seydou tispiċċa fix-xutt finali tieghu li spiċċa barra. Sitt minuti mit-tmiem Ryan Darmanin ġie wiċċ b’wiċċ ma’ Elezaj pero’ l-attakkant Ħamruniż spara ferm għoli.

Riżultat finali: Sliema W. 2 v Ħamrun 0.

Referee:  Alan Mario Sant.

BOV Plejer tal-partita: Juri Cisotti (Sliema W.)

Formazzjonijiet:

Sliema W: E.Elezaj , A.Satariano, K.Shaw, J.Pearson, J.Mintoff, C.Zappa, J.Cisotti, R.j.Carvajal, E.Agius, S.Seydou, C.Pani.

Ħamrun S: J.C. Debattista, T.Caruana, V.Alhinio, J.Soares, W.Domoraud, C.Failla, N.Leone, M.Ciarco, K.Micallef, O.Nikolopoulos, M.Cinquini.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier 2019/20 Gudja….0 Balzan…2 Balzan jitilgħu jokkupaw is-7 post tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jirbħu lit-team ta’ Gudja. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-6 minuti logħob meta pass ta’ Winchester…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta……..2 Ħamrun S…1 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, Mosta għelbu lil Ħamrun Spartans 2-1, biex b’hekk ħadu rebħa wara żewġ telfiet konsekuttivi. Għal Ciaramella din kienet…

Aktar