International Sports
Rebħa għal Verstappen fil-GP ta’ Franza

Fil-Formula 1 tkompli l-isfida bejn ir-Red Bull u l-Mercedes u bejn iċ-championd tad-dinja Lewis Hamilton u Max Verstappen. Fil-Grand Prix ta’ Franza f’Le Castellet suċċess għal Max Verstappen, it-tielet wieħed f’dan l-istaġun biex l-Olandiż issa kabbar il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-Formula 1.

Tellieqa dominata minn Hamilton u Verstappen bis-sewwieq tar-Red Bull  jagħmel il-mossa determinanti żewġ dawriet mit-tmiem meta qabeż lil Hamilton biex kiseb din ir-rebħa.

Wara Verstappen u Hamilton kien Sergio Perez fuq it-tieni Red Bull li kiseb it-tielet post fuq il-podium. Warajhom Valtteri Bottas, Lando Norris u Daniel Ricciardo.

Fil-klassifika tas-sewwieqa fl-ewwel post Max Verstappen b’131 punt, segwit minn Lewis Hamilton b’109, u Sergio Perez b’84 punt.

Fil-klassifika tal-kostrutturi Red Bull fl-ewwel  post b’215-il punt, segwiti minn Mercedes li għandhom 178, Mclaren 110 u Ferrari 94 punt.

Miktub minn...
Chris Cassar