Futbol internazzjonali
Rebha importanti għall- Wolves

Brighton&Hove Albion 1-0 Everton

F’logħba li rat lil Everton millimetrikament aħjar minn Brighton&Hove Albion, kienu dawn tal-aħħar li marru fil-vantaġġ fid-disgħa u ħamsin minuta minn Jurgen Locadia.

Fulham 1-0 Huddersfield Town

Logħba li ftit li xejn offriet emozzjonijiet b’Fulham iħallu kollox għal aħħar b’Aleksandar Mitrovic jiskorja in extremis fid-disgħin minuta.

 

Leicester City 0-1 Cardiff City

Il-gowl wahdani jiskurjah Victor Camarasa fid-disghin minuta.

 

Tottenham Hotspur 1-3 Wolverhampton Wanderers

Fil- konfront bejn Tottenham u Wolves, Tottenham kienu il- forza dominanti tul l-ewwel ħamsa u erbgħin minuta logħob u kienu ippremjati bi ġmiel ta’ gowl minn Harry Kane li fit- tnejn u għoxrin minuta dar mad-difensur u għeleb għal kollox lil Rui Patricio. Iżda fit-tieni taqsima Wolves dawru il-logħba anke minħabba li Tottenham bħal donnhom dehru iġġamjati u mwaħħlin. Fit-tnejn u sebgħin minuta Wily Boly jġib l-iskor indaqs, biex imbagħad Raul Jimenez jagħti vantaġġ lill-Wolves fit-tlieta u tmenin minuta. B’Tottenham taħt xokk, ċassi u miblugħa, il-Wolves għarfu japprofittaw rwieħhom minn tim diżorjentat u Helder Costa żied it-tielet gowl għal Wolves tlett minuti mit-tmiem.

Watford 1-1 Newcastle United

Sa tmiem l-ewwel taqsima, Newcastle daħlu jistrieħu gowl vantaġġ u għalhekk moralment ħafna aktar b’saħħithom. Il-gowl waħdani tul-ewwel ħamsa u erbgħin minuta wasal permezz ta’ Salomon Rondon man-nofs siegħa logħob.

Miktub minn...
TVM Sport
.