Olimpijadi TOKYO 2020
Rebħa komda għall-Kanada fuq il-Messiku fl-ewwel logħba bejniethom fis-Softball tan-nisa

Softball tan-Nisa

Messiku  0-4  Kanada

Fit-tielet logħba tas-softball li ntlagħbet fil-Fukushima Azuma Baseball Stadium, il-Kanada ħarġet rebbieħa bil-punteġġ ta’ 4-0 fuq il-Messiku.

In-nisa Kanadiżi bdew tajjeb fl-ewwel inning meta kienu diġà 2-0 minn fuq, imbagħad rebħu t-tielet u r-raba’ inning 1-0 kull darba.

 

Is-Softball tan-Nisa ikompli għada bi tliet logħbiet oħra fil-Fukushima Azuma Baseball Stadium:

02:00  Stati Uniti – Kanada

05:00  Messiku – Ġappun

08:00  Italja – Awstralja

(il-ħinijiet huma ta’ Malta)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA