Futbol lokali
FILMAT: Rebħa konvinċenti għall-Maroons

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Żejtun C………0

Gzira Utd……4

Gżira jkomplu izommu posthom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika hekk kif kellhom rebħa facli kontra  Żejtun Corinthians.

L-ewwel azzjoni tasal fis-6 minuta   ħekk kif cross ta’ Correia ballun fuq ras Maia li mill-viċin jitfa il-ballun barra. Minuta wara azzjoni ta’ Żejtun  hekk kif cross ta’ Suda lejn Carabott li ma laħaqx jikkonkludi bil-ballun jibqa sejjer barra. Fl-10 minuta Gżira jmorru fil-vantaġġ fejn minn cross ta’ Martin Davis ballun preċiż fuq Maia b’lasti vojta kompla l-ballun fix-xibka.

Fit-33 minuta azzjoni ta’ Gżira meta ballun wasal għand Bonfim li tilef il-pussess japprofittaw Gżira ballun jispiċċa għand Atajic li ra x-xutt tiegħu minn barra il-kaxxa jispiċċa barra. U fil-41 minuta  Gżira jirduppjaw l-iskor. Cross ta’ Atajic lejn Correa li min posizzjoni  angolata kkonkluda fir-rokna tax-xibka.

Fit-tieni taqsima l-ewwel azzjoni tasal mas- 47 minuta b’azzjoni għal Gzira fejn freekick ta’ Mendoza  bil-ballun jasal fuq ras Maia konklużjoni barra. U ftit mumenti wara Gżira jsibu x-xibka għat-tielet darba fejn ballun ikklerjat mid-difensur ta’ Żejtun Neil Tabone  jispiċċa f’saqajn Nevin Portelli b’xutt tiegħu jispiċċa fix-xibka wara Cassar. Fit-63 minuta jasal ir-raba’ gowl ta’ Gżira b’azzjoni personali ta’ Martin Davis li baqa javvanza u waħdu quddiem Cassar tefa’ il ballun fir-rokna tax-xibka.

Biex fit-88 minuta tasal l-aħħar azzjoni tal-partita b’corner għal Gzira li nkariġa minnu Correia bil-ballun jasal fuq ras De Assis iżda l-attakkant tal-Maroons xeħet barra.

Rizultat Finali: Żejtun C.  0  Gżira Utd. 4

Player ta Logħba: Martin Davis ( Gżira Utd. )

Ref: Slobodan Petrovic

Żejtun C.: Christian Cassar, Diego Albanese, Adrian Carabott, Jurgen Suda, Tiago Bonfim, Lucas Moreira, Christian Grech, Henrique Marcelino, Sergio Barbosa, Washington Catanio, Neil Tabone

Gżira Utd. : Anthony Curmi, Gabriel Bohrer, Steve Borg, Nikolai Muscat, Dexter Xuereb, Martin Davis, Nevin Portelli, Maxuell Maia, Jackson Mendosa, Riccardo Correia Duarte, Bahrudin Atajic

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League