Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Tarxien jirbħu u jaqbżu lil St Andrews

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla dubbju kienet logħba bilanċjata fejn St Andrews aktar ma beda jgħaddi il-ħin aktar bdew jidħlu fil partita, biss min naħa tagħhom Tarxien kienu laqwa ħekk kif għarfu jiddefendu tajjeb kif ukoll japprofittaw mill-iżbalji.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara biss erba minuti logħob ħekk kif azzjoni personali ta Kemar Reed li baqa javvanza bit- tentativ tiegħu min qagħda angulata jiġi mdawwar f’corner.Wieħed u għoxrin minuta u tasal ir-risposta ta Tarxien meta azzjoni personali ta Ricardo Faria li qabeż erba’ difensuri baqa javvanza u min qagħda angulata ra lil Calleja Cremona isalva

Fl- 24 minuta Tarxien imorru fil vantaġġ meta cross ta Ricardo Faria ballun jispiċċa fuq saqajn Paolucci li mill viċin tefa fi xibka wara Calleja Cremona

Fit- tieni taqsima Tarxien ħargu fuq l-attakk tant li kabbru il-vantaġġ immedjatament wara biss tliet minuti logħob meta Faria min qaghda angulata ra ix xutt tiegħu jiġi devjat bil gowler Calleja Cremona ikun impossibli ghaliħ biex isalva bil- ballun jaħbat mal wieqfa u jispiċċa fix-xibka.

Mat- tlieta u ħamsin minuta logħob, St Andrews naqqsu id distakk meta ir referee tal partita Emanuel Grech ordna foul mill- ħdax il-metru wara li Paolucci waqqa fil kaxxa lil Adrian Borg liema penalty inkariga minnu Martin Davis li tefa il ballun wara Andrea Cassar. Mat-tmenin minuta Tarxien kienu viċin li jagħlqu il-logħba meta ħarba ta Faria tefa il-ballun lejn Nillson li waħdu quddiem il-lasti ikkonkluda ħazin bil-ballun jispicca f’idejn Calleja Cremona.

Rizultat Finali: Tarxien 2-1 St Andrews
Player tal Partita: Ricardo Silva Faria (Tarxien)
Referee:Emanuel Grech

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-partita tant mistennija bejn Hamrun Spartans u Valletta li se tiddeċiedi fejn imur il-Kampjonat BOV Premier 2018/19 se tintlagħab is-Sibt li ġej, fl-16.00, fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali. Fl-istess ħin, fil-Hibernians…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Senglea ……..0 Hibernians….2 Din kienet logħba bejn żewġ timijiet li riedu r-rebħa għal objettivi differenti, Hibernians biex ikomplu jissieltu għall-Kampjonat filwaqt li Senglea kontra r-relegazzjoni. Il-Pawlisti…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Qormi ………………1 Birkirkara ………..0 Qormi baqgħu jittamaw li jżommu posthom mal-kbar meta rebħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Birkirkara.  Għall-Istripes iddebutta l-kowċ John Buttigieg. Birkirkara kellhom nieqes lil…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana………..0 St Andrews ……1 St. Andrew’s komplew jittamaw li jistgħu jevitaw ir-relegazzjoni dan wara li b’gowl uniku skurjat fit-tieni taqsima huma għelbu lil Floriana. St. Andrew’s…

Aktar