Rebħiet għal Chelsea, Man City u Man United

Premiership fl-Ingilterra: Fil-logħba prinċipali bejn Arsenal u Manchester United kien it-team ta’ Van Gaal li rebaħ bl-iskor ta’ 2-1.
Il-vantaġġ tar-reds wasal minn devjazzjoni ta’ Gibbs b’goal daqxejn fortunat fis-75minuta. Wara kien Wayne Rooney li għamilhom 2-0. Oliver Giroud għamilhom 2-1

Chelsea rebħu lil West Bromwich Albion 2-0 b’goals ta’ Diego Costa 11 min u Edin Hazard 25min.

Newcastle United rebħu lil Queens Park Rangers 1-0 bil-match winner ikun Moussa Sissoko fit-78min.

Everton rebħu lil West Ham United 2-1 Is-soltu Romelu Lukaku poġġa lil Blues fil-vantaġġ, u wara Mauro Zarate ġab id-draw ida Everton rebħu l-logħba grazzi għal Leon Osman 74min.

F’rizultati oħra Leicester City- Sunderland 0-0, Manchester City – Swansea City 2-1, Stoke City – Burnley 1-2

Il-Ħadd Crystal Palace kontra Liverpool u Hull City – Tottenham Hotspur.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.