Futbol internazzjonali
Rebħiet għal Leicester u Arsenal

Everton    0-1    Leicester City

Fl-ewwel logħba li kellna llum wara nofsinhar Leicester bdew is-sena 2019 fuq nota pożittiva meta għelbu lil Everton f’darhom wieħed b’xejn. Il-gowl waħdani jasal permezz ta’ Jamie Vardy fit-tmienja u ħamsin minuta. Fi kliem il-maniġer ta’ Everton Marco Silva, it-tim mmexxi minnu kien wisq anzjuż u nervuż. Għal Everton din kienet ir-raba’ telfa f’ħames partiti.

 

Arsenal    4-1    Fulham

Fit-tieni partita, Arsenal bħal donnhom qamu fuq saqajhom wara t-tkaxkira li ħadu kontra Juventus biex għelbu lil Fulham 4-1 u issa telgħu fil-ħames post tal-klassifika b’wieħed u erbgħin punt. L-ewwel gowl għal Arsenal wasal fil- 25 minuta permezz ta’ Xhaka li tefa’ fix-xibka wara li rċieva b’mod tajjeb mingħand Iwobi. Wara għaxar minuti mill-bidu tat-tieni taqsima xogħol tajjeb minn Iwobi, Kolasinac u Lacazette wassal biex dan tal-aħħar jiskorja t-tieni gowl. Fulham ippruvaw jidħlu fil-loghba u naqqsu id-distakk fid- 69 minuta permezz ta’ Kamara. Iżda Arsenal kellhom ħsibijiet oħra. Ramsey, li daħal bħala sostitut kien ilu biss erba’ minuti fil-grawnd meta skorja it-tielet gowl għal Arsenal wara li it-tentattiv ta’ Aubameyang ħabat mal-lasta. L-attakkant mill-Gabon madankollu skorja ir-raba gowl fit-tlieta u tmenin minuta wara li rċieva l-ballun b’mod tajjeb minn Sokratis.

 

Cardiff City    0-3   Tottenham Hotspur

Fit-tielet logħba, Tottenham kienu diġa tlieta b’xejn minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima, bil-gowls jaslu permezz ta’ Harry Kane wara tlett minuti logħob. Iżid gowl ieħor Christian Eriksen fit-tnax -il minuta għal tnejn b’xejn favur Tottenham. It-tielet gowl wasal erba’ minuti qabel in-nofs siegħa logħob permezz ta’ Son Heung-min. Tottenham daħlu jistrieħu bi tliet gowls vantaġġ. L-ebda gowl fit-tieni taqsima anke jekk is-supremazija ta’ Tottenham baqgħet tinħass.

Miktub minn...
TVM Sport
.