Waterpolo
Rebħiet għal Marsaxlokk u Valletta fil-Cross Overs tal-Kampjonat BOV tas-sajf

It-Tlieta filgħaxija fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, intlagħbu żewġ logħbiet oħra mill-Kampjonat Nazzjonali BOV tas-sajf, staġun 2021, fażi tal-Cross Overs.

Marsaxlokk Browns  11-6  Otters Nivea

Fl-ewwel partita, Marsaxlokk Browns għelbu lil Otters Nivea 11-6. Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni 2-0, u fit-tieni waħda kabbru l-vantaġġ meta rebħuha 4-2. It-tielet sessjoni temmewha fi draw ta’ 1-1, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni jirbħuha l-Ixlukkajri 4-3.

L-aqwa skorer għal Marsaxlokk kien Matteo Martellacci bi 3 gowls, u fuq in-naħa l-oħra skorja tlieta Spiteri Debarro.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referees Ronnie Spiteri u Alessandro Cavallini.

 

Marsaskala Fish n Fish  5-7  Valletta Izibet

Fit-tieni logħba, Marsaskala Fish n Fish tilfu ma’ Valletta Izibet 5-7. L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1, bit-tieni sessjoni tintemm favur Valletta 3-2. It-tielet sessjoni kienet mirbuħa wkoll minn Valletta 2-0, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tintrebaħ minn Marsaskala 2-1.

L-aqwa skorer għall-Iskalin kien Luca Felice bi 3 gowls, u fuq in-naħa l-oħra Nikolai Zammit skorja tlieta wkoll għal Valletta.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referees Ronnie Spiteri u Stefano Pinato.

 

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet oħra mill-fażi tal-Cross Overs:

18:00  Sirens Mecca Marine Enterprises – Ta’ Xbiex Amigos

19:05  Birżebbuġa Freeport – Sliema Frank Salt Real Estate

20:10  Neptunes WPSC – San Ġiljan Mercury Towers

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA