Waterpolo
Rebħiet għal San Ġiljan u Marsaskala

It-Tlieta kompla l-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo fejn Marsaskala għelbu lil Ta’ Xbiex 9-8 f’logħba mill-iktar interessanti u bilanċjata, filwaqt li fit-tieni logħba San Ġiljan ma kellhomx diffikulta jegħlbu lil Valletta 17-4.

Bir-rebħa tagħhom fuq Ta’ Xbiex, Marsaskala issa daħlu biċ-ċans li jiksbu post fil-Premier fit-tieni fażi tal-kampjonat, fejn il-logħba kontra Exiles fi tmiem il-ġimgħa se tkun determinanti. L-aqwa skorer tal-logħba kien Jayden Cutajar ta’ Ta’ Xbiex li skorja erba’ gowls.

Iċ-champions San Ġiljan ma kellhomx diffikulta jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva fejn skorjaw sitt gowls mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni biex għalqu l-logħba. Għal San Ġiljan ħames gowls kull wieħed għal Dino Zammit u Ben Plumpton.

Miktub minn...
Chris Cassar