Futbol internazzjonali
Rebħiet kbar għal West Ham, Watford u Milan

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti minn Babel iżda qabel għalqet it-taqsima l-Hammers kienu diġa dawru r-riżultat b’gowls minn Chicarito u Diop. Mad-90 minuta kien Antonio li ssiġilla r-rebħa.

Rebħa kbira wkoll kisbu Watford li barra minn darhom għelbu lil Cardiff bl-iskor kbir ta’ 5-1.  Deulofeu skorja hat trick biż-żewġ gowls l-oħra għal Watford jaslu minn Deeney. Bamba skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Cardiff.

Intant illum erba’ logħbiet mill-Kampjonat Premier:-

Burnley – Tottenham H.

Bournemouth – Wolves

Newcastle Utd. – Huddersfield T.

Leicester C. – C. Palace

Għada l-konfront tant mistenni hekk kif f’Old Trafford Manchester United jilqgħu lir-rivali eterni Liverpool filwaqt li f’Wembley Stadium tintlagħab il-finali tal-League Cup bejn Chelsea u Manchester City.

Il-bieraħ fl-Italja Milan għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 3-0 b’gowls minn Piatek, Kessie u Castellejo.

Illum jilgħabu Torino – Atalanta u Frosinone – Roma.

 

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC, ġie ordnat mill-UEFA iħallas multa ta’ €20,000 wara l-ġesti li għamel lejn il-partitarji ta’ Atletico Madrid fil-partita ta’ ritorn tat-tieni rawnd. Juventus għelbu lil…

Aktar