Futbol internazzjonali
Recber Rustu jinsab l-isptar f’qagħda kritika wara li ttestja pożittiv għall-Covid-19

L-ex goalkeeper Tork Rustu Recber kellu jittieħed l-isptar wara li ttestja pożittiv għall-coronavirus. Skont martu, Rustu jinsab għaddej minn perjodu kritiku u kien għalhekk li ttieħed l-isptar fejn qed jinżamm f’iżolament u ħadd ma jista’ jmur iżuru.

Rustu huwa l-aktar plejer li qatt irrappreżenta lill-pajjiżu internazzjonalment, 120 darba, u kien pedina importanti fit-Tazza tad-Dinja tal-2002 meta t-Turkija kienet waslet sas-semifinali ta’ dik l-edizzjoni. Rustu lagħab parti kbira mill-karriera tiegħu ma’ Fenerbahce, biss lagħab ukoll ma’ Barcelona u Besiktas qabel ma’ rtira fl-2012.

Fit-Turkija s’issa hemm 9,217 persuna li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19, b’131 persuna jitilfu ħajjithom minħabba l-virus.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ġew antipati d-dati taż-żewġ logħbiet tat-tieni legs tas-semi finali tal-Coppa Italia tal-istaġun 2019/20 Id-dati riveduti huma dawn: Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju Semifinali Juventus-Milan (l-ewwel leg 1-1) Is-Sibt 13 ta’ Ġunju,…

Futbol internazzjonali

Ħmistax -il partitarju tat-team ta’ Genoa li kollha jiffurmaw parti minn gruppi tal-Ultras se jkunu akkużati u se jitressqu l-Qorti talli fl-aħħar snin kienu jintimidaw u jheddu lill-ufiċjali tal-Club fosthom…

Futbol internazzjonali

Hekk kif illum mistennija joħorġu l-fixtures riveduti għat-tkomplja tal-kampjonat Premier Igliż ġie approvat ir-regolament tal-ħames sostituzzjonijiet f’kull logħba. Il-Premier League approva wkoll li kull team jista’ jniżżel fuq il-bank tas-sostituti…

Futbol internazzjonali

Chelsea laħqu ftehim fil-prinċipju mal-plejer Ġermaniż Timo Werner li jilgħab ma’ RB Leipzig. Skont Sky Sports, fil-15 ta’ Ġunju li ġej, tiskadi l-klawsola tar-release tal-plejer li tgħid li jridu jitħallsu…

Aktar