Sport tal-Baħar
Red Bull Cliff Diving World Series: Iffland u Popovici jirbħu għall-ewwel darba f’Dublin, l-Irlanda

L-Awstraljana Rhiannan Iffland u r-Rumen Constantin Popovici ħarġu rebbieħa fil-kategoriji rispettivi tagħhom meta l-Ħadd saret l-ewwel attività tar-Red Bull Cliff Diving World Series f’Dublin, l-Irlanda. Filwaqt li kien hemm stennija li Iffland kienet ser tirbaħ il-kategorija tan-nisa, mhux l-istess jista’ jingħad għal Popovici li ħasad lil kulħadd meta għeleb liċ-champion renjanti Gary Hunt.

Din l-ewwel attività f’Dublin, l-Irlanda, saret fil-port pittoresk ta’ Dun Laoghaire, biss it-temperatura kienet inqas minn 12°C u allura r-riżultat finali ma jkunx magħdud mal-punti l-oħra tal-Cliff Diving World Series.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Numru kbir ta’ surfboards inqerdu fin-nirien li ħakmu l-Awstralja fl-aħħar ġimgħat. Dan żvelah is-surfer Awstraljan David Ford li kellu kollezzjoni ta’ 260 vintage surfboard li issa kollha spiċċaw maħruqa. Skont…

Sport tal-Baħar

Il-kompetizzjoni tas-surfing fl-Olimpjadi 2024 li ser isiru f’Pariġi, minflok ser issir 15,000 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Franċiża. L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Surfing aċċettat proposta li l-kompetizzjoni tas-surfing issir f’Tahiti, fl-Oċean Paċifiku. Tahiti…

Sport tal-Baħar

Fl-età ta’ 47 sena, Kelly Slater baqa’ jimpressjoni fis-surfing, fl-aħħar taqtiegħa fil-Billabong Pipe Masters fil-Hawaii. Fit-tielet round Slater irnexxielu jegħelb l-isfida tal-Franċiż Joan Duru, imma l-isfida prinċipali ser tkun mal-Amerikan…

Sport tal-Baħar

Is-surfer veteran Kelly Slater rebaħ il-heat tiegħu l-Ħadd li għadda biex għadda għar-raba’ round tal-Vans Surfing World Cup. Il-heats saru fil-bajja Sunset t’Oahu. L-Amerikan Slater, li rebaħ it-titlu għal 11-il…

Aktar