International Sports
Red Bull Cliff Diving World Series: Jispikkaw l-Awstraljana Rhiannon Iffland u l-Brittaniku Gary Hunt

Red Bull Cliff Diving World Series: L-Awstraljana Rhiannon Iffland irreġistrat ir-raba’ rebħa konsekuttiva f’din is-serje spettakolari filwaqt li l-Brittaniku Gary Hunt rebaħ it-tmien suċċess overall fil-kategorija tal-irġiel f’din is-serje. L-ispettaklu li qed taraw kien organizzat fil-Belt ta’ Mostar, fil-Bosnia-Herzegovina.

Fil-kategorija tan-nisa Iffland kellha taqtigħa iebsa minn Eleanor Townsend Smart. Fil-kategorija tal-irġiel Hunt kien dejjem attent għal punteġġ li beda jirreġistra r-Rumen Constantin Popovici li temm fit-tieni post. L-aħħar avveniment ta’ din is-sena tar-Red Bull Cliff Diving World Series issa ssir f’Bilbao fi Spanja.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Hekk kif fadal biss sitt xhur għall-bidu tal-logħob Olimpiku f’Tokyo, il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe tkellem fil-parlament dwar dan l-avveniment tant mistenni mill-poplu tal-pajjiż u fakkar li l-aħħar darba li…

International Sports

Is-sewwieq mill-Arġentina Orlando Terranova jinsab fuq quddiem wara t-tieni stadju fir-rally tad-Dakar li qed issir fl-Arabja Sawdija filwaqt li l-ex sewwieq tal-Formula 1 Fernando Alonso kellu inċident bit-toyota tiegħu meta…

Ibburdjar

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-aswpiċji tal-Malta Sailing Federation ġiet fi tmiema l-Ħadd wara nofshinar meta saru l-aħħar tlielaq tal-Kampjonat ġewwa il-bajja tal-Mellieħa.  L-Uffiċjal tat-Tellieqa…

International Sports

L-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping, WADA, ipprojbiet lir-Russja milli tieħu sehem f’kull avveniment sportiv dinji għal erba’ snin li gejjin. Dan ifisser li r-Russja mhix se tieħu sehem fl-Olimpijadi tal-2020 f’Tokyo…

Aktar